"Hi Dejjem Maġenbi, Dejjem Hemm Biex Tappoġġja Lili U L-Familji Tagħna, Lejl U Nhar" – Glen Vella B'Awguri Speċjali

Tard ilbieraħ filgħaxija, Glen ħalla messaġġ speċjali fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu. Messaġġ ta’ awguri f’għeluq snin l-għażiża ommu Martina.

Glen kiteb, “Awguri f’għeluq sninha lil din il-mara sabiħa li għandi x-xorti nsejjaħ ommi Martina Vella. Hi dejjem maġenbi, dejjem hemm biex tappoġġja lili u l-familji tagħna, lejl u nhar, 24/7! Hija tant speċjali f’ħafna modi.”

Hu jikbilha, “Ma, inħobbok bla qies. Nawguralek saħħa tajba, imħabba u hena. Int ħaqqek l-aħjar. Inwiegħdek l-imħabba u r-rispett tiegħi sal-aħħar taż-żmien.”

Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Martina l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali! Martina mhux dejjem kienet hemm biss għat-tfal tagħha imma saħansitra turi sapport kbir lill-istudenti ta’ binha u ħafna kantanti promettenti oħrajn. Awguri Martina.





Facebook / Glen Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI