Twemmin żbaljat li għadu jissemma min-nies huwa li jekk iġġiegħel lil xi ħadd jirremetti wara li jkun ħa xi sustanza tossika, tkun qed tneħħi l-velenu minn ġismu u b’hekk tipprevjeni l-ħsara.
Madankollu, dan mhux minnu u jista’ jwassal għal konsegwenzi serji. Persuna m’għandhiex tiġi mġiegħla tirremetti.
“Ir-rimettar jista’ jwassal lil dak li jkun biex jifga, korriment fil-pulmun, jew ħruq kimiku, partikolarment wara inġestjoni ta’ sustanzi aċidużi. Dan kollu jista’ jaggrava s-sitwazzjoni! Il-kura medika moderna
toffri alternattivi aktar sikuri u aktar effettivi,” tikteb il-paġna Malta National Poisons Centre.
Huwa essenzjali li ma jingħatawx ikel, xorb jew rimedji tad-dar qabel ma jkun hemm parir professjonali.
F’każ ta’ inċident relatat ma’ avvelenament, wieħed għandu jikkuntattja minnufih lill-Malta National Poisons Centre fuq in-numru 1774 sabiex jingħata gwida immedjata u kif suppost.