Hooli huwa wiċċ familjari u nafu kemm il-kanzunetti tiegħu jkun fihom messaġġ b’saħħtu. Ftit minuti ilu, Hooli għadu kif tella’ vidjow bil-kanzunetta l-ġdida tiegħu “Dak iż-Żmien.” Nistgħu ngħidu li din il-kanzunetta fiha messaġġ li jġegħilna naħsbu wkoll!
Il-kanzunetta tħares lejn il-bniedem fl-istadji tiegħu, l-ewwel fit-tfulija, imbagħad fiż-żgħożija u fl-aħħar fix-xjuħija. Meta Hooli jitkellem dwar dak li kienu jagħmlu meta kienu tfal u żgħażagħ, jaf ikun diskors nostalġiku għal xi wħud. Fil-fatt Hooli jgħid, “kemm nixtieq nagħti ġidi u nerġa’ ngħix tfuliti.”
Din il-kanzunetta tenfasizza kemm hu importanti li ngawdu “għax il-ħin itir u ż-żmien jgħaddi.” Għalhekk huwa importanti li ngawdu l-mument u napprezzaw kull sitwazzjoni li ngħaddu minnha għax minn kull sitwazzjoni nistgħu nieħdu xi ħaġa siewja.
Filwaqt li Gwida.mt tawgura lil Hooli għal din id-diska, tawguralu aktar suċċessi fil-futur! Nirringrazzjawh ukoll tal-messaġġ li kull kanzunetta jkun fiha!
Facebook / Hooli