Ħtieġa Għas-Sorijiet – Issa Ċ-Ċans Li Tapplika

Qatt kont timmaġinak soru? Issa ċ-ċans tiegħek, tinkwetax jekk mhux daqshekk reliġjuża xorta għandek ċans tapplika. L-importanza ta' dawn is-sorijiet huma li jafu jkantaw u forsi jiżfnu xi ftit ukoll!

Ritratt: Instagram / Collins_Katie

Jekk forsi għadek ma ndunajtx, din sejħa għal musical popolari Sister Act! li ħa jitella' ġewwa l-gżira Għawdxija minn La Stella ġewwa Teatru Astra. Dawk li huma interessati jieħdu sehem jistgħu jagħmlu dan billi jattendu għal audtion.

L-auditions f'Malta ħa jsiru fil-11 ta' Awwissu fis-13:00 ġewwa l-ispazju fejn jagħmlu l-provi l-Malta Philarmonic Orchestra filwaqt li ġewwa Għawdex ħa jsiru fis-17 ta' Awwissu fl-10:30 ġewwa t-Teatru Astra. 

Ritratt: Facebook / Teatru Astra

Għal dawk kollha li jixtiequ jiksbu aktar informazzjoni jistgħu jidħlu fis-sit ta' La Stella billi jagħfsu HAWN. Jekk taf lil xi ħadd li kapaċi jkun soru tal-ġenn, fost karattri oħra tajjeb tgħidulhom b'dan iċ-ċans. 

Instagram / Brunce BMD

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI