Ħudu Ħsieb Meta Tgħumu F'Dawn Il-Bajjiet Madwar Il-Gżejjer Maltin Fi Tmiem Il-Ġimgħa!

The Weather Page Malta qasmet messaġġ importanti għal dawk ħerqana li jinżlu jgħumu fi tmiem il-ġimgħa.

“Nissuġġerixxu li tieħu ftit kawtela żejda meta tkun qed tgħum jew tkun fuq il-baħar f’żoni esposti għar-riħ tal-Majjistral minn għada l-Ġimgħa sal-Ħadd,” kitbu, u qalu li l-buffuri tar-riħ jistgħu jilħqu sa Forza 4 sa 5 u anke 6 kultant, u jagħmlu kundizzjonijiet ftit diffiċli.

View this post on Instagram

A post shared by Muine (@muinegram)

Il-bajjiet li għandhom jiġu evitati jinkludu Paradise Bay, Ċirkewwa, Armier, Sliema, Golden Bay, Ghajn Tuffieha (Riviera Bay), Ġnejna Bay u Anchor Bay f’Malta, u Marsalforn, Dwejra, Xlendi, Ramla Bay f’Għawdex, kif ukoll Kemmuna.

“Jekk taħseb li ż-żona li tkun fiha mhix tajba għall-għawm, tirriskjax!” iwissu, u jżidu li filwaqt li din mhix twissija uffiċjali dwar it-temp, ikun aħjar li l-għawwiema joqogħdu attenti, sabiex jevitaw li jsibu rwieħhom f’diffikultajiet.





Instagram / dieticianontheroad



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI