“Huma Inseparabbli” – Aiden U Ashton Qed Ifittxu Dar Mimlija Mħabba Flimkien

Il-qtates ċkejknin Aiden u Ashton bħalissa qed ifittxu dar għal dejjem flimkien, hekk kif l-organizzazzjoni CSAF – Carers for Stray and Abandoned Felines appellat lill-pubbliku biex jgħinhom isibu familja li tilqagħhom it-tnejn li huma.

Dawn iż-żewġ qtates adorabbli għandhom bejn sitt u seba’ ġimgħat u dalwaqt ikunu lesti biex jitilqu lejn id-dar il-ġdida tagħhom. Skont CSAF, Aiden u Ashton iqattgħu l-ġranet tagħhom flimkien – jorqdu mgħannqin ma’ xulxin, jilagħbu, jippurrjaw u jagħtu mumenti mimlija ħlewwa lil kull min jiltaqa’ magħhom.



Aiden huwa deskritt bħala l-aktar wieħed kurjuż u kunfidenti, dejjem iħares lejn in-nies b’għajnejh sbieħ qisu qed jipprova jifhem id-dinja ta’ madwaru. Min-naħa l-oħra, Ashton huwa aktar kalm u jħobb jitgħannaq, l-aktar meta jkun viċin ħuh Aiden fejn iħossu sigur u maħbub.



L-organizzazzjoni spjegat li l-qtates għandhom rabta qawwija ħafna bejniethom u għalhekk mhux se jiġu separati. “Huma jiddependu fuq xulxin għall-kumdità, is-sigurtà u l-kumpanija,” qalet CSAF fl-appell tagħha.

Kull min hu interessat jadottahom jew jixtieq aktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt dirett permezz ta’ messaġġ privat, email jew permezz tal-websajt uffiċjali ta’ CSAF Malta.

CSAF fakkret ukoll li kumment fuq il-post mhux biżżejjed bħala kuntatt, peress li xi drabi l-kummenti jistgħu jintilfu.



Ritratti:

Facebook / CSAF

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI