Ftit jiem ilu ħalla din id-dinja s-Sur Paul Mifsud, li huwa magħruf bħala l-ewwel persuna Maltija tgħallem il-karate f’Malta.
Paul beda jgħallem il-karate hawn Malta fl-1979. Fil-passat ma kienx jgħix Malta, u kien jgħallem barra minn xtutna. Aktar tard irritorna Malta u ġie jgħix hawn. Beda jgħallem il-karate f’pajjiżna, hekk kif ma kien hawn ħadd min jgħallmu.

Ritratt: Dwayne Mifsud / zammitkarate.mt
Meta l-klabb f’Birkirkara kien ingħalaq, l-isportivi mmexxija mis-Sur Paul Mifsud komplew bit-taħriġ tagħhom tal-karate f’Raħal Ġdid.
Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari, qraba u ħbieb. Strieħ fis-sliem Sur Paul. Dak li wettaqt matul ħajtek u l-legat li ħallejt ser jibqa’ mfakkar għal dejjem.

Ritratt: Dwayne Mifsud / zammitkarate.mt
Dwayne Mifsud / zammitkarate.mt