Jeanesse Abela hija persuna bi bżonnijiet speċjali li saret magħrufa mhux ħażin fuq il-midja soċjali. Hi tmexxi l-paġna fuq Facebook bl-isem ta’ Janna’s disability stuff, li l-għan tagħha hu li toħloq “awareness biex inneħħi l-istigma ta’ ċertu nies li jitrattawna differenti minn ħaddieħor.”
Fuq grupp fuq Facebook, Jeanesse kitbet hekk:
“Iħarsu lejja għax differenti.
Iħarsu lejja għax niċċalaq ħafna.
Iħarsu lejja għax fis-siġġu tar-roti.
Iħarsu lejja għax ma nitkellimx ċar.”
“Meta nagħmlu hekk, illum sirt nifhimhom għax għalihom mhix ta’ kuljum meta jarawni. Sirt nidħkilhom lura bħal dejjem u meta jkellmuni nipprova nkellimhom lura. Dik il-verita’ u m’hemmx għalfejn għax nistħi jew naħbi.., anzi kont dak li jien u dejjem emmint fija inifsi.”
Aħna minn Gwida.mt nittamaw li tibqa’ temmen fik innifsek Jeanesse, ħalli jibqa’ jirnexxilek tkun kuraġġuża biex taffaċja l-ħajja ta’ kuljum.
Facebook/Jeanesse Abela