"Iġri Nkun Nista’ Niġi Ngħannaqkom Bla Xkiel!" – Pamela B'Messaġġ Mill-Isbaħ Lil Missierha

Illum il-kantanta Pamela Bezzina kitbet messaġġ lil missierha f'għeluq sninu, hi sejħitlu "L-Eroj tagħha". Pamela tfakkar li meta kienet żgħira kienu jwaqqfuha u jgħidulha jekk hijiex it-tifla ta; "ketetu", ".. u jien b'bokka daqshiex kont inwieġeb "Iva ta' Ġużeppi".

Ġużeppi u Pamela għandhom ħafna komuni bejniethom; l-arti u l-karezzi. "Int għallimtni il-ħajja bi kliem siewi u f’postu għal kull sitwazzjoni - qatt m’għajjat magħna imma b’ħarsa waħda kont turina d-diżappunt meta niżbaljaw, u dik kienet tinfidli qalbi, għax naf li nkun iddeludejtek!" tgħidlu Pamela.

Minħabba l-pandemija llum ma tistax tmur tiċċelebra dan il-jum ma' missierha, "nixtieq niġi ngħannqek u nieħdu grokk flimkien" tistqarr il-kantanta. Awguri minn qalbna Ġużepp u kompli ħu ħsieb il-familja sabiħa li għandek!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI