"Ibni Għandu Diżabbiltà… Iebsa Li Meta Neħħejnilu L-Pushchair, Kellna Nixtrulu Siġġu Tar-Roti" – Omm Zack

Omm Zack tistqarr li wieħed mill-iżjed mumenti diffiċli f’ħajjitha kien meta lil binha kellha tixtrilu siġġu tar-roti wara li waqaf juża l-pushchair bħala tarbija. Dan hekk kif 26 sena ilu tħalliet maħsuda meta skopriet li l-ewwel wild tagħha kellu diżabbiltà.

“L-ikbar tħassib tagħna dejjem huwa x’se jiġri minn Zack meta aħna ma nkunux hawnhekk,” tisħaq imħassba l-omm li tiddeskrivi dan it-thewdin bħala komuni fost il-ġenituri kollha li għandhom ulied b’diżabbiltà.

L-omm tirringrazzja b’mod partikolari lill-għaqda filantropika Inspire li b’mod kontinwu sservi ta’ għajnuna għal dawn il-persuni li jkollhom diżabbiltà.

Hi wkoll tappella lil kulħadd sabiex jagħti l-kontribut tiegħu hekk kif issa Inspire se jagħmlu maratona bil-għan li jiġbru l-fondi ħalli b’hekk ikunu jistgħu jkomplu jtejbu s-servizzi tagħhom lejn persuni li bħal Zack għandhom xi forma ta’ diżabbiltà. Il-maratona mistennija sseħħ fit-3 t’Awwissu.





Ritratti: Facebook / Maria La Barokka Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI