Iċ-Ċkejken Ta' Gianluca U Vanessa Jagħlaq 3 Xhur! Ħanini!

Tliet xhur taċ-ċkejken Paolo! Gianluca u Vanessa Bezzina qed jiċċelebraw tliet xhur minn meta wasal it-tifel gustuż tagħhom. Biex jikkommemoraw il-ġurnata, il-mamà u l-papà qasmu żewġ posts sbieħ fuq il-midja soċjali flimkien ma’ messaġġi ħelwin.

“3 xhur ta’ dan it-tifel sabiħ,” kitbet Vanessa fuq is-soċjali, b’numru ta’ ritratti ħelwin minn dawn it-tliet xhur taċ-ċkejken.

Gianluca wkoll qasam ritratt ħelu mmens flimkien ma’ oħtu l-kbira, Lyla. “Tliet xhur ta’ dan ir-raġel żgħir,” huwa qal.

Awguri għat-tliet xhur tiegħek Paolo!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI