Id-DPM Chris Fearne Elett Fi Grupp Internazzjonali Li Jagħti Pariri Lil WHO

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ġie elett biex jingħaqad mal-bord tal-One Health Global Leaders Group, korp internazzjonali li jagħti pariri lil organizzazzjonijiet tas-saħħa internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Fi stqarrija ppubblikata llum, il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-grupp se jkun qed jiffoka l-isforzi fuq kif il-pajjiżi jistgħu jipproteġu l-popolazzjoni tagħhom minn reżistenza antimikrobika, li, jekk titħalla mingħajr kontroll, tista’ twassal għat-tixrid ta’ mard li huwa reżistenti għal trattament eżistenti.

Il-grupp huwa magħmul minn 26 prim ministri, ministri u professjonisti tas-saħħa.

Meta tkellem dwar il-ħatra, il-Ministru Fearne qal li jħossu onorat li Malta se jkollha vuċi fi ħdan grupp prestiġjuż bħal dan li jfittex li jindirizza l-isfidi tas-saħħa tal-popolazzjoni tad-dinja, filwaqt li jinfluwenza wkoll il-politika globali tal-kura tas-saħħa.

Facebook/Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI