Il-paġna tad-Dipartiment Tal-Informazzjoni qasmet l-aħbar li għadu kemm ġie inawgurat ġnien ġdid.
Spjegaw, “Ġie inawgurat Ġnien Kacey Sciberras f’San Pawl il-Baħar. Dan l-ispazju ta’ rikreazzjoni jfakkar il-memorja ta’ Kacey Sciberras tfajla ta’ 17-il sena, li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku fl-2023. Kacey dejjem tibqa’ mfakkra bħala tfajla rispettabbli li kienet tferraħ lil kulħadd. Hija kienet attiva ħafna fil-festa tal-lokalità tant li kienet membru fil-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri San Pawl il-Baħar.”
Komplew jiktbu, “Ġnien Kacey Sciberras huwa aċċessibbli għal kulħadd, hekk kif ġew introdotti numru ta’ passaġġi ġodda, flimkien ma’ bankijiet tal-pikniks fejn wieħed jista’ jirrilassa, b’uħud minnhom adattati biex persuni b’wheelchair ikollhom spazju wkoll mal-mejda.”
Jidher li huwa tassew ġnien sabiħ bl-għan nobbli li jfakkar il-ħajja ta’ tfajla li ħallietna wisq kmieni.
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni