Ifakkru 9 Snin Mindu Ħalliena Guido De Marco: Araw X’Qed Jgħidu

Illum jimmarka 9 snin mindu ħalliena l-politikant rinomat Guido de Marco, u bosta huma dawk li qegħdin ixandru messaġġi ta’ tifħir sabiex ifakkru l-memorja tiegħu.

Guido de Marco jibqa’ mfakkar mhux biss bħala s-6 President ta’ Malta bħala repubblika, iżda saħansitra wkoll bħala forza ewlenija fil-proċess tas-sħubija ta’ Malta fl-UE. Fost dawk li pubblikament xerrdu messaġġ jew ieħor kien proprja wieħed mit-tfal tiegħu, Mario de Marco: huwa jistqarr kif għalih illum ġurnata li fiha jiċċelebra l-wirt li ħalla għal Malta tul ħajtu, aktar milli jfakkar f’mewtu.

Qabel ma sar il-President, de Marco kien diġà rnexxielu jħalli ismu fl-istorja politika Maltija. Il-karriera politika tiegħu bdiet fis-snin 60, u rnexxielu jibqa’ preżenti fix-xena parlamentari għal aktar minn tliet deċennji sħaħ bla heda. Barra minn hekk, huwa kien serva għal xi żmien bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, u kien dak li ssottometta l-applikazzjoni ta’ Malta għall-Kommunità Ekonomika Ewropea.

Getty Images

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI