Il-preżentatriċi Martina Zammit, magħrufa bħala Tina, illum qed tiċċelebra jum twelidha. Fil-fatt din is-sena qed tagħlaq 40 sena, u bħal dejjem lesta għal sena oħra ta’ impenji, spettaklu fuq ir-radju u aktar.
Tina fuq il-profil ta’ Facebook tagħha kitbet, “Iffukata fuq li naħdem fuq il-ħolm tiegħi waqt li nixrob l-espresso. Lesta għall-40 sena, tlaqna!” Xerrdet anke ritratt tagħha fil-fatt tgawdi kikkra espresso tajba.
Lil Martina għadna narawha kull filgħodu flimkien ma’ Abel u JD waqt The Morning Vibe, fejn flimkien jagħtuna mumenti umoristiċi u kumpanija mill-isbaħ! Awguri minn qalbna Martina!