"Iġġilidlu, Ma Tħallihx Jirbaħlek" – Joe Julian Farrugia B'Karba Mill-Qalb Lill-Għażiża Ommu

Kull min isegwi l-profil tal-preżentatur tar-radju u awtur lokali Joe Julian, jaf li ħafna drabi hu jixħet ċajt li jnisslu tbissima fuq fomm dak li jkun iżda lbieraħ u llum, Joe Julian qasam aħbar ta’ diqa mas-segwaċi tiegħu.





Ilbieraħ kiteb il-frażi li ħasdet lil ħafna, “kanċer nobgħodok minn qiegħ qalbi,” ħafna kienu dawk li għaddewlu kummenti ta’ kuraġġ u qalulu li se jżommu lil familtu fit-talb tagħhom. Kien hemm oħrajn li qasmu l-esperjenza tagħhom, uħud b’esperjenzi ta’ diqa u oħrajn b’esperjenzi kemxejn aktar pożittivi. Ilkoll saru b’għan u intenzjoni waħda, li jagħmlulu kuraġġ.



Kmieni dalgħodu Joe Julian kiteb, “Iġġilidlu, Ma tħallihx jirbaħlek.” Mill-ġdid il-kummenti ta’ kuraġġ ma waqfux. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nuru solidarjetà ma’ Joe Julian f’dan il-mument diffiċli għalih u għal familtu.

Minn qalbna nagħmlu appell biex kulħadd iżomm lil ommu u nies oħra li bħalissa, waqt din il-pandemija għaddejjin bil-ġlieda tagħkom kontra l-kanċer jew bil-ġlieda tagħhom kontra mard ieħor serju. Nitolbu biex jagħmlu kuraġġ u jkomplu jiġġieldu mingħajr ma jaqtgħu qalbhom.

Facebook / Joe Julian Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI