Aktar kmieni llum ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja Monsinjur Ġwann Azzopardi, li ħafna jafuh bħala Dun Ġwann, fl-eta ta’ 84 sena.
Dun Ġwann kien il-kuratur tal-mużew tal-Katidral tal-Imdina, kif ukoll tal-mużew Wignacourt tar-Rabat. Huwa kien ukoll kanonku onorarju tal-Kapitlu tal-Kolleġjata ta’ San Pawl.
Għada mistenni jsir il-funeral ta’ Dun Ġwann fl-10 ta’ filgħodu fil-Bażilika ta’ San Pawl li ser tiġi mmexxija mill-Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna, u qabel, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu l-pubbliku ser ikun jista’ jsellem lil Dun Ġwann fil-knisja ta’ San Publiju.
Aħna ta’ Gwida.mt ngħatu l-kondoljanzi tagħna lil familjari u qraba ta’ Dun Ġwann.
Ritratti: Facebook / Daniel Cilia
Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl, Rabat Malta