“Il-Baħar Saħan F’Qasir Żmien. Baħar Sħun Ifisser Umdità Iżjed Għolja U Ljieli Oppressivi” – It-Temp Madwarna

Wara mewġa ta’ sħana mhux biss f’Malta iżda anke fl-Ewropa, l-effetti huma aktar milli naħsbu. It-Temp Madwarna tkellmu dwar dan.

“Il-mewġa ta’ sħana storika fil-Punent u ċ-ċentru tal-Ewropa u l-perjodu sħun li kellna lokalment fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2026, ma fissrux biss temperaturi għoljin matul il-jum u anke l-lejl,” huma kitbu.

“Il-baħar madwarna (temperatura medja fil-wiċċ) saħan f’qasir żmien u kien saħansitra sa 5°C ogħla mill-medja għal dan il-perjodu tas-sena.  Grazzi għar-riħ frisk li ġab miegħu l-bidu ta’ Lulju, it-temperatura tal-baħar battiet ftit minn 28°C għal 26°C.”

Komplew jispjegaw li, “Baħar sħun ifisser umdità iżjed għolja u ljieli oppressivi għal gżira żgħira mdawra bil-baħar bħal Malta.”

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI