Minn għada, għal żmien limitat il-Benna ħa jkunu qed joħorġu l-ħalib tar-Red Velvet. Kienu bosta nies li qatgħu x’ħa tkun it-togħma hekk kif il-Benna fil-jiem li għaddew bdew jinku li wasal biex joħroġ prodott ġdid, b’togħma ġdida.
S’issa tista’ tgħid li kull togħma li ħarġet kienet ta’ suċċess kbir fost il-Maltin. Probabbli l-iktar wieħed li baqa’ jisemma mal-Maltin u Għawdxin kien dak tal-Coconut iżda hemm stennija kbira dwar il-ħalib tar-Red Velvet.
Int ħa tkun qed tippruvah? Għidilna hawn taħt u jekk taf lil xi ħadd li ma jitlifx wieħed, fittex għidlu ħalli għada jkun minn tal-ewwel biex jixtrih għax bħal dejjem dawn jinbelgħu fi ftit ħin fl-ewwel jum.
Facebook / Benna