“‘Il-Bogħod Minn Għajnejja Iżda Dejjem F’Qalbi” – L-Eks Gowler Saviour Darmanin Ifakkar Sena Mit-Telfa Ta’ Ommu  L-Għażiża

Sena ilu, il-ħajja ta’ Saviour Darmanin inbidlet kompletament bit-telfa ta’ ommu l-għażiża. Illum, b’messaġġ sempliċi imma emozzjonali fuq il-midja soċjali, l-eks gowler tat-tim nazzjonali Malti fakkar dan il-jum b’kelmiet li juru kemm ir-rabta bejn omm u iben tibqa’ tgħix anke lil hinn mill-mewt.

Fil-messaġġ tiegħu, Darmanin kiteb kif isib faraġ fl-għarfien li ommu issa tinsab fil-paċi, flimkien ma’ missieru u mal-Ħallieq. Huwa fakkar li minkejja li m’għadhiex quddiem għajnejh, tibqa’ għal dejjem f’qalbu. Messaġġ li ħafna jistgħu jirrelataw miegħu, speċjalment dawk li għaddew minn esperjenzi simili.



Saviour jiddeskrivi lil ommu bħala s-saħħa u l-gwida tiegħu fil-ħajja u żied ukoll jgħid li r-ritratt li qasam mal-pubbliku kien wieħed mill-aktar ritratti riċenti li ħadu flimkien – tifkira li se jibqa’ jgħożż għal dejjem. Huwa temm il-messaġġ b’kelmiet mimlija mħabba u tama: “Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”



Il-messaġġ tiegħu qanqal reazzjonijiet numerużi, b’ħafna juru s-solidarjetà tagħhom u jibagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ u mħabba. Minn Gwida.mt, nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Saviour u lill-familja tiegħu, bit-tama li t-tifkira tibqa’ sors ta’ saħħa u serħan il-qalb. 



Ritratti:

Facebook/ Saviour Darmanin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI