“Il-Malti Kontra L-Għawdxi. Logħba Billiard Bejn Il-Ħbieb Illum F’Ħal Safi” – Omar Farrugia U Thomas Bajada
Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia, u l-Membru Parlamentari Ewropew Thomas Bajada, lagħbu logħba billiard flimkien.
“Il-Malti kontra l-Għawdxi. Logħba billiard bejn il-ħbieb illum f’Ħal Safi,” kiteb Omar Farrugia fuq il-midja soċjali tiegħu. Fl-aħħar jidher li Omar Farrugia rebaħ, u fil-kummenti Thomas Bajada kitiblu, “REMATCH!!!!” b’ton ċajtier.
Fil-filmat ippubblikat, jidhru jidħku u jiċċajtaw flimkien bi tbissima kbira fuq fommhom. Dan jirrifletti l-ħbiberija ġenwina ta’ bejniethom, li tħallihom iħossuhom komdi ma’ xulxin. In-nies li kienu qegħdin fil-bar dak il-ħin kollha waqfu jħarsu lejhom, japprezzaw il-mument sabiħ ta’ dawn iż-żgħażagħ jilagħbu logħba flimkien.
Ma tistax ma tiggustahomx, tarahom jidħku ma’ xulxin!
Facebook / Omar Farrugia u Thomas Bajada