Il-mużiċist lokali Quevin Ellul, li ftit ilu rnexxielu jaqta' x-xewqa li jiltaqa' mal-maħbub Andrea Boccelli, għaddej bil-preparament għal wirja li ser jagħti waqt Rabat Sacrum. Quevin kontinwament qed ikompli jaħdem fuq il-karriera mużikali tiegħu.
Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca tifraħlu għas-sehem tiegħu f'diversi avvenimenti sbieħ. Kitbet, "Il-bravu Quevin ilesti għal prova tal-kunċert mit-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Villabianca. Nhar is-Sibt f’Ta’ Saura r-Rabat waqt Rabat Sacrum."
Minn qalbna nawguraw lil Quevin esperjenza oħra ta' suċċess bil-wirja li ħa jagħti!