Kemm jekk tpejjipha, xxommha jew tiblagħha bħal ma tiekol l-ikel, il-kannabis jista’ jkun qed iżżid b’mod sinifikanti r-riskju li jkollok attakk tal-qalb. Skond riċerka ppubblikata aktar kmieni llum fil-Ġurnal ta ‘l-Assoċjazzjoni Medika Kanadiża, adulti taħt il-45 sena li kkunsmaw kannabis fl-aħħar 30 jum, sofrew minn kważi d-doppju tan-numru ta’ attakki tal-qalb minn adulti li ma ħaduhiex.
Ir-riċerkaturi analizzaw statistiċi dwar is-saħħa minn aktar minn 33,000 adult minn 18 sa 44 sena li pparteċipaw fl-istħarriġ taċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard fl-2017 u l-2018. Mis-17% tal-adulti li rrappurtaw li wżaw il-kannabis fix-xahar ta’ qabel, 1.3% esperjenzaw attakk tal-qalb waqt li 0.8% biss ta’ dawk li jieħdux kannabis irrappurtaw l-istess.
Skont Dr. Karim Ladha kien hemm ukoll xi studji li wrew li l-mediċina tsl-kannabis tista’ taffettwa r-rata tal-qalb tal-utent. Meta r-rata tal-qalb ta’ persuna issir irregolari, tista’ żżid l-ammont ta’ ossiġenu li l-qalb teħtieġ. Tista’ tidħol fil-Ġurnal tal-Assoċjazzjoni Medika Kanadiża għal iżjed informazzjoni u sejbiet.
Facebook/ The National Cannabis Festival