Il-psikoterapista Matthew Bartolo jirrifletti dwar kif ħafna drabi l-ġenituri qed jiġu kostretti jġorru l-piż tal-iżbalji li jagħmlu wliedhom tant li saħansitra jispiċċaw jerfgħu l-ħtija huma.
Dan hekk kif bħalissa s-serje Ingliż Adolescence li ħarġet biss ftit ġimgħat ilu qed tqanqal dibattitu dwar l-irwol tal-ġenituri fit-trobbija tal-ulied. F'din il-produzzjoni naraw lil Jamie, tifel ta' 13-il sena, li jiġi arrestat wara lil-pulizija jiskopru li jkun qatel tifla ta' 13-il sena b'daqqiet ta' sikkina.
"Naraw il-ħtija u l-mistħija li s-soċjetà timponi fuq il-ġenituri, imma rari nagħtu widen għal kemm jistgħu jkunu mweġġgħin jew mitlufin huma wkoll," jisħaq Bartolo.
Hu saħaq li wieħed ma jistax inaqqas mir-responsabbiltà tal-ġenituri biss madankollu jirrimarka li l-ġenituri qed ikollhom irabbu "f'dinja totalment ġdida" u għaldaqstant hija sfida għalihom ukoll.
Matthew mistenni wkoll jipparteċipa f'diskussjoni li se sseħ nhar it-Tlieta fuq AWLA.
Intom x'taħsbu dwar dan?
Ritratti: Facebook / Matthew Bartolo u Netflix