Il-Funeral Ta’ Anthony Spiteri Debono Se Jsir Nhar It-Tlieta, 29 Ta’ Lulju Fil-Belt Valletta

Il-funeral ta’ Anthony Spiteri Debono se jsir nhar it-Tlieta, 29 ta’ Lulju, fis-14:00 ta’ wara nofsinhar fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. In-Nutar Spiteri Debono, li kien ir-raġel tal-President Myriam Spiteri Debono, miet ilbieraħ filgħodu fl-età ta’ 78 sena wara li soffra minn kumplikazzjonijiet relatati mas-saħħa.





L-Uffiċċju tal-President ħareġ stqarrija fejn talab għal rispett lejn il-privatezza tal-familja f’dan iż-żmien ta’ niket u sogħba. Mill-ġdid, f’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tal-President f’dan il-mument diffiċli.

Nittamaw li jsibu l-faraġ li tant għandhom bżonn. Kuraġġ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI