Il-Paġna ta’ Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary taqsam l-aħbar dwar Sr Mariana Said li sfortunatament ħalliena lbieraħ fit-30 ta’ Mejju 2025. Il-messaġġ li ħallew huwa dan, “ Insellmu lil Sr Mariana Said li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha llum 30 ta’ Mejju 2025. Sr Mariana bdiet il-mixja reliġjuża tagħha fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani 62 sena ilu.
Hija tat is-servizz tagħha fl-iskejjel materni tal-Kongregazzjoni ġewwa l-Italja, kif ukoll ġewwa Londra, u għal bosta snin kienet ukoll għalliema fil-kindergartens tal-iskejjel tagħna f’Malta u Għawdex. Grazzi tal-iva tiegħek Sr Mariana li dehret tant sabiħa fis-servizz mill-qalb li tajt f’kull komunità li kont fiha. Issa nitolbuk titlob għalina ħalli aħna wkoll ngħidlu l-Iva tagħna fil-kull jum tal-ħajja.
Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju 2025 fil-kappella tal-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani l-Mosta fis-2:30 p.m.”
Kondoljanzi lill-familja u qraba ta’ Sr Mariana Said.
Facebook / Augistinian Sisters Servants of Jesus and Mary