Anthony Agius Decelis, eks Segretarju Parlamentari u kunsillier fil-Mosta, qasam riflessjoni estensiva dwar l-importanza tat-tfal fis-soċjetà Maltija u r-responsabbiltà kollettiva li għandna lejn il-ġenerazzjonijiet futuri.
Hu jikteb, “Il-ġenerazzjonijiet futuri huma Malta tal-lum u ta’ għada. Dak li nixtieq għal uliedi, nixtiequ għat-tfal kollha Maltin u Għawdxin. Nixtieq li nkomplu nibnu pajjiż fejn kull tifel u tifla, kull żagħżugħ u żagħżugħa, ikollu l-opportunità jilħaq l-ħolma ta’ ħajtu, irrispettivament fejn jgħix jew minn liema familja ġej.”
Hu jispjega, “Kull tifel u tifla jistħoqqlu l-istess ċans, l-istess sapport u l-istess opportunitajiet: li jkollok l-għajnuna neċessarja biex tasal fejn tixtieq mhuwiex privileġġ imma huwa dritt bażiku. Ejja naħdmu flimkien għal Malta aktar ġusta, aktar inklussiva u mimlija opportunitajiet għal kulħadd.”
Il-messaġġ tiegħu hu ċar, kollox jibda billi nagħtu lit-tfal tagħna l-għodda, il-fiduċja u l-opportunitajiet li jistħoqqilhom. Investiment fit-tfal illum huwa garanzija ta’ soċjetà aktar ġusta.
Facebook / Anthony Agius Decelis