Il-Ġenituri Ta' Tfal Vulnerabbli Ħa Jirċievu Invit Sabiex Jitlaqqmu – Il-Ministru Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza stampa ftit tal-ħin ilu ħabba li pajjiżna jinsab tliet ġimgħat ‘il quddiem mill-pjanijiet li ħabbru fl-aħħar tas-sena. Il-Ministru Fearne qal li llum ħa nkunu qed naqbżu ‘l fuq mill-55,000 elf doża bi 18,000 jieħdu t-tieni doża.

Hu jgħid li bħalissa qed jitlaqqmu l-frontliners mhux mediċi għax dawk mediċi ġa lesti. Bħalissa qed jagħtu t-tilqim lil dawk il-persuni ‘l fuq minn 80 sena, lil dawk vulnerabbli u minn din il-ġimgħa ħa jibdew jistiednu wkoll lil dawk il-ġenituri ta’ tfal vulnerabbli sabiex jagħtu aktar protezzjoni lil dawn it-tfal.

Il-vaċċin hu liċenzjat għall-adulti biss u b’hekk ħa joffru protezzjoni lil dawn it-tfal billi jlaqqmu lill-ġenituri u l-guardians ta’ dawn it-tfal. Fil-jiem li ġejjin ukoll ħa joħroġ l-invit għall-vaċċin għal dawk li ħa jkunu qed jakkumpanjaw lill-pazjenti li sejrin għall-kura barra l-pajjiż.

Sal-aħħar ta’ dan ix-xahar u bidu ta’ Marzu, ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-enerġija, ilma, posta, trasport u skejjel ħa jkunu qed jirċievu l-invit biex jitlaqqmu huma wkoll.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI