Il-kantanta lokali Danica Muscat rajnieha kemm-il darba f’diversi festivals lokali fosthom il-Malta Eurovision. L-ewwel darba tagħha kienet fl-2012 u l-aħħar li ħadet sehem kienet fl-2018.
Fl-2012 ipparteċipat bil-kanzunetta 7 Days, sena wara fl-2013 kellha Fantasy. Fl-2015, 2016 u 2018 hi pparteċipat bil-kanzunetti Close Your Eyes, Frontline u One Step At A Time rispettivament.
Hekk kif wasal MESC ieħor, Danica tħares lura b’nostalġija lejn dawn is-snin u taqsam silta mill-kanzunetti li kienet ikkompetiet bihom.
“Il-ġimgħa tal-MESC dejjem iġġegħelni nieqaf u nħares lura. Kull palk, kanzunetta, memorja li sawru min jiena llum! Nawgura l-isbaħ xewqat lil kulħadd li qed jieħu sehem din is-sena, speċjalment lill-ħbieb u l-kreattivi li qsamt dan il-vjaġġ magħhom. Hawnhekk nagħtu ħarsa lura lejn il-ħames sottomissjonijiet tiegħi fil-MESC. Liema waħda tiftakar l-aktar, u għadek tisma’?”
Awguri għal aktar suċċessi Danica!
Facebook/ Danica Muscat