Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Jason Micallef awgura lill-ħabib tal-qalb tiegħu Alfred Sant f’jum għeluq sninu.
Fuq il-mezzi soċjali hu kitiblu, “Il-ħabib għażiż tiegħi Alfred Sant illum jagħlaq sninu. Għalija, Alfred mhux biss ħabib tal-qalb ta’ bosta snin, iżda parti mill-familja estiża tiegħi.”
Żied jgħidlu, “Ġentlom mill-kbar, bi prinċipji u valuri sodi li diffiċli ssib bħalhom. B’moħħ u ntellett straordinarju li bħalu saru rari ħafna fil-politika jew fil-ħajja pubblika. Awguri mill-qalb għażiż Alfred f’jum twelidek u għal ħafna aktar saħħa għaż-żmien li ġej.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata tant speċjali u nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu!
Facebook / Jason Micallef