“Il-Ħajja Ta’ Ħadd Mhi Perfetta, Anke Jekk Tidher Hekk Fuq Il-Midja Soċjali” – Abigail Vick

Għal min ma jafx min hi Abigail Vick, din hija blogger pjuttost ġdida. Però nistgħu ngħidu li l-kontenut li ttella’ huwa pożittiv ħafna. Din il-blogger hija l-aktar magħrufa għal kontenut relatat mad-dinja tal-moda.

View this post on Instagram

A post shared by A B I G A I L V I C K (@abigail.vick) on Jun 29, 2019 at 6:23am PDT

Ilbieraħ kitbet messaġġ lis-segwaċi tagħha li ġibdilna l-attenzjoni. Hija tgħidilhom biex ma jemmnux kulma jaraw fuq il-midja soċjali. Illum il-ġurnata ħafna nies jippreżentaw lilhom infushom fuq il-midja soċjali bħala figura perfetta. Iżda bħalma nafu, fid-dinja m’hawn xejn perfett u l-ħajja hi mimlija tlugħ u nżul.

Abigail tikteb li l-ħajja ta’ ħadd mhi perfetta. Iżżid ukoll li kull individwu qed jiġġieled battalja differenti, min juri minn xiex inhu għaddej u min le. It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jirringrazzja lil Abigail għax permezz ta’ posts bħal dawn tinħoloq kuxjenza pożittiva dwar il-midja soċjali.

Instagram / @abigail.vick

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI