"Il-Ħajja Tibda Tirritorna Għan-Normal Sal-Bidu Tar-Rebbiegħa"

Il-ħajja fir-Renju Unit u wieħed jista’ wkoll jgħid li fil-kumplament tad-dinja ħa tibda tirritorna għan-normal sal-bidu tar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla. Dan qalu konsulent xjentifiku tal-gvern Brittaniku, wara li informazzjoni bikrija tal-provi mid-ditti farmaċewtiċi Pfizer u BioNTech indikaw li l-vaċċin tal-Coronavirus tagħhom huwa effettiv 90 fil-mija.

“Probabbilment jien l-ewwel raġel li ngħid dan imma jien ngħidha b’xi kunfidenza,” qal il-professur Sir John Bell, membru tal-Grupp Konsultattiv Xjentifiku tal-gvern għall-Emerġenzi fir-Renju Unit. Il-Professur Bell, li huwa professur regius tal-mediċina fl-Università ta’ Oxford, qal li r-riżultati tal-vaċċin Pfizer / BioNTech issuġġerew li x’aktarx kandidati oħra jkunu effettivi wkoll.

Nistennew u naraw!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI