Mument emozzjonanti għall-komunità tal-Fgura hekk kif il-ħanut magħruf tad-Dabdabun għalaq il-bibien tiegħu wara snin twal ta’ servizz u memorji għal tant nies. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-Ministru Byron Camilleri qasam sentimenti nostalġiċi dwar dan il-post tant magħruf għall-Fgurin.
“Huwa ma kienx biss ħanut tal-pizza iżda l-post fejn konna niltaqgħu u nqattgħu sigħat fi tfulitna,” kiteb il-Ministru, hekk kif sellem lil Ramona u Marvin fl-aħħar ġurnata tagħhom.
Għal ħafna residenti tal-lokalità, id-Dabdabun kien aktar minn sempliċi takeaway, kien post ta’ laqgħat, ħbiberiji u memorji li jibqgħu jgħixu fil-qalb ta’ dawk li trabbew hemmhekk.
Il-kummenti fuq il-post kienu mimlijin emozzjoni, b’ħafna persuni jaqsmu t-tifkiriet tagħhom u jesprimu d-dispjaċir tagħhom li dan il-kapitlu issa wasal fi tmiemu. Bla dubju, id-Dabdabun se jibqa’ mfakkar bħala parti importanti mit-tfulija u ż-żgħożija ta’ ħafna nies fil-Fgura.
Facebook / Ramona Marvin Darmanin