Il-Kantant Kevin Paul Calleja B’Kliem Ta’ Motivazzjoni

Illum il-kantant u kitarrist Kevin Paul Calleja tella’ xi ħaġa differenti fuq il-midja soċjali tiegħu minn dik li naraw issoltu. Illum, tana xi pariri li jekk nimxu magħhom, żgur li ngħixu aħjar!

Kevin kiteb li wieħed qatt m’għandu jistenna l-approvazzjoni ta’ ħadd sabiex jgħidlu li hu persuna tajba għax l-azzjonijiet li tagħmel, waħedhom juru dak li int. Il-kantant ikompli billi jgħid li m’għandniex eternità f’din id-dinja, għalhekk għandna nużaw il-ħin tagħna sewwa u ma naħluhx.

Fost il-ħafna pariri, Kevin kiteb ukoll sabiex inkunu l-aħjar persuni li nistgħu nkunu u nibqgħu dejjem leali lejn xulxin. Għandna nagħtu dak kollu li nistgħu, mingħajr ma nistennew xejn lura. Huwa tajjeb li nkunu ta’ spalla għal xulxin u nisimgħu lil xulxin. Apparti hekk, għandna napprezzaw u nħobbu lil xulxin. Kevin għalaq billi kiteb li meta niżbaljaw għandna nammettu l-iżball tagħna u niskużaw ruħna.

View this post on Instagram

A post shared by • KEVIN PAUL • (@kevinpaul_official) on Jun 1, 2019 at 10:49am PDT

It-tim ta’ Gwida.mt jaqbel perfettament ma’ dak li kiteb Kevin Paul Calleja. Xi kultant huwa tajjeb li xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni ta’ x’inhu mistenni minna għax b’hekk nippruvaw nagħmlu ħilitna biex ikunu l-aħjar verżjoni tagħna possibbli!

Instagram / kevinpaul_official

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI