Il-kantanta Cristina D’Avena, isem u vuċi li żgur magħrufa ma’ dawk li għandhom 40 sena jew aktar.
Hi fetħet is-sigli tal-ftuħ ta’ diversi cartoons fuq l-istazzjonijiet Taljani tal-Mediaset tas-snin 80 u 90.D’Avena baqgħet sinonima ma’ dan il-ġeneru. F’edizzjoni speċjali tal-programm ‘Iljieli Sajfin’ fuq ONE Radio, bi preżentazzjoni minn David Muscat, D’Avena għaddiet messaġġ lis-segwaċi Maltin u Għawdxin.
Fost l-oħrajn qalet, “F’ċertu punt fil-karriera tiegħi, ħafna ħbieb tal-kulleġġ, konoxxenti fis-settur, qiesu l-mużika tiegħi tat-tieni klassi. Smajt min jgħid li Cristina tkanta għat-tfal biss. Ma tagħmel xejn aktar minn hekk. Għal xi żmien ħassejtni ħażin.”
Fil-programm David tkellem mal-mistiedna tiegħu, Dorianne Zahra u Mario Il-Panzer, dwar il-mużika partikolari mill-cartoons tas-snin 80 u 90. Segwi HAWN
Youtube/ Tutto Bimbo