Tlett ijiem ilu fl-10 ta’ Novembru 2020 l-kantanta Louisa Frendo Wirth qassmet l-aħbar li saret omm għat-tieni darba!
Louisa xtaqet tieħu ħsieb tirringrazzja lit-tim mediku kollu li tant għamlilha din l-esperjenza unika komda kemm jista’ jkun. “Lura f’Marzu, ħriġna barra fil-gallariji nċapċpu lil dawn l-eroj imma kemm ninsew malajr mid-dehra! Dak iż-żmien kien hemm ammont negliġibbli ta’ każijiet ta’ Covid-19 lokalment, meta tikkumpara mas-sitwazzjoni bħalissa”.
Issemmi kemm qed ibatu t-tim mediċi bla waqfien għall-aħjar tagħna. “Issa ħadmu aktar milli jmisshom, ma għandhomx biżżejjed għajnuna u qed jaħdmu fi żminijiet u kundizzjonijiet diffiċli mmens! Madanakollu kull professjonist tal-kura tas-saħħa li ltqajt miegħu kien tant dħuli u professjonali u ġegħelni nħossni komda! Dawn huma veri eroj u għandhom jiġu rikonoxxuti għax-xogħol nobbli tagħhom!”
Fil-waqt li nifirħu lil Louisa u lill-familja kollha għat-tieni wild, ninagħqdu magħha u nirringrazzjaw lit-tim mediku tas-sagrifiċċji kollha li jagħmlu għalina lkoll!