Il-Kantanti Sbieħ Ira Losco U Maxine Pace Jilbsu L-Istess Libsa Meraviljuża Ta’ Luke Azzopardi – Fuq Min Taħsbu Li Tidher L-Aħjar?

Ira Losco ppubblikat ritratt tagħha liebsa libsa blu l-ġmiel tagħha biex tattendi okkażjoni speċjali. Hi rringrazzjat lil Luke Azzopardi ta’ din il-libsa u spjegat kemm hi eċitata biex tagħmel il-prestazzjoni tagħha llejla fi Strasbourg. Se jkunu qed jagħmlu l-prestazzjoni tagħhom ukoll Clare Tonna, Jamie Cardona, Daniel Cauchi, The Big Band Brothers, Theatre Anon u l-preżentatriċi hi Claire Agius.

Fit-tmienja ta’ Frar, Maxine Pace libset din l-istess libsa għal fuq il-palk tal-Eurovision u tassew kienet xerqitilha wkoll! Din il-mistoqsija mhix faċli tweġibha, impossibbli niddeċiedu fuq min tidher l-aħjar għaliex it-tnejn huma nisa sbieħ u kollox jixirqilhom!

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco)

Prosit kbira wkoll lil Luke Azzopardi talli ddisinja din il-libsa l-ġmiel tagħha!

View this post on Instagram

A post shared by Maxine Pace (@maxine_pace)

Instagram / @iralosco u @maxine_pace







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI