Fuq il-programm Awla, Alison Borg titkellem fuq il-bidu tal-karriera tagħha. Tgħid bi tbissima, “Il-karriera tiegħi bdejtha billi mmur l-auditions minn wara dahru. U ma ngħidx li hu l-papà tiegħi. Apparti minn hekk naħseb kollha nafu li hija responsabbiltà kbira meta jkollok missierek diġà hemm fuq. Iġifieri jien ma ridtx li nwaqqgħu għaċ-ċajt bl-interpretazzjonijiet tiegħi. Imma apparti minn hekk jien ridt li jekk ħa nilħaq għax b’xogħli mhux għax it-tifla tiegħu. U hu minn dejjem jgħidli le tidħolx, għax responsabbiltà fiha wisq, għax teħodlok ħajtek. U kont ngħid u x’ma nidħolx jek irrid immur l-audtions minn wara dahru. Allura kont ngħidlu, isma ser nieħu sehem f’dik għax staqsewni huma.”
Kompli ara l-intervista hawn taħt: