Il-Milied Qed Joqrob! Jitħawlu Fjuri Tal-Milied Biex Ikomplu Jsebbħu L-Mosta

Il-Milied jinsab wara l-kantuniera, u bħal-lum nibdew naraw l-ewwel indikazzjonijiet li riesaq dan iż-żmien sabiħ. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Kunsill tal-Mosta qasmu messaġġ dwar pjanti tal-Milied li tħawwlu riċentament.

Huma qalu, “Il-Mosta tkompli tisbieħ! Hekk kif qed noqorbu lejn iż-żmien tal-Milied, il-Kunsill Lokali tal-Mosta qed ikompli bil-ħidma ta’ tisbiħ fil-ġonna u l-ispazji pubbliċi tal-lokalità tagħna. Din id-darba sar tħawwil ta’ fjuri tal-Milied, magħrufa bħala Poinsettias, biex inżidu aktar kulur u atmosfera sabiħa f’dan iż-żmien ta’ festa.

Huma dettalji żgħar, iżda jagħmlu differenza kbira fid-dehra tal-lokalità tagħna. Bħala Kunsill Lokali, se nkomplu naħdmu biex il-Mosta tkun dejjem aktar sabiħa, nadifa u miżmuma kif jixraq. Nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha li qed jagħtu sehemhom f’din il-ħidma. Il-Mosta tagħna.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI