Ta’ 87 Sena, Antonia Tisfida Lilha Nnifisha B’Risq Missio Malta

Antonia hija prova ċara li l-età hija biss numru, hekk kif ta’ 87 sena ħadet sehem fiż-zipline waqt l-Abseiling & Zipline, avveniment annwali.

Fil-fatt, Antonia saret l-aktar persuna anzjana li qatt ħadet sehem fiż-zipline f’dan l-avveniment. Minkejja l-età tagħha, hija ma qagħditx lura milli taċċetta din l-isfida u tesperjenza ftit avventura!

Dan l-avveniment jiġi organizzat b’risq Missio Malta, u għalhekk minbarra li gawdiet minn esperjenza mill-isbaħ Antonia tat ukoll is-sehem tagħha għal kawża ġusta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI