Il-programm MasterChef Malta se jkun qed jirritorna! Wara li lbieraħ tħabbar li l-kok Victor Borg se jirritorna, illum għadu kif tħabbar li anke l-kok Letizia Vella se tkun qed tirritorna. L-esperjenza, il-kapaċità tagħha fil-kċina u l-karattru interessanti tagħha jagħmlu lil Letizia Vella persuna ta' nteress kbir għal dan il-programm.
Magħrufa bħala “il-badass woman” tat-tim, Letizia ilha magħrufa fix-xena kulinarja lokali u internazzjonali. Minn The Golden Fork sa fuq il-programm MasterChef Malta, hija kienet preżenti sa mill-ewwel jum, u ma waqfitx milli turi l-professjonalità, il-passjoni u l-istil tagħha.
Letizia Vella magħrufa għall-preċiżjoni, eleganza u poter – karatteristiċi li mhux biss jidhru fix-xogħol tagħha bħala kok, iżda wkoll fil-mod kif tagħti ġudizzju u tmexxi fuq il-programm. Bħala ġurata, hi tħares lejn kull dixx b’għajn kritika imma ġusta, filwaqt li tirrikonoxxi l-kreattività u d-dedikazzjoni tal-kontestanti.
Illum, Letizia mara ta’ ispirazzjoni li kisbet suċċess f’settur kompetittiv ħafna. Hija turina li bil-ħila, id-dixxiplina u l-kuraġġ, kull sfida tista’ tintrebaħ.
MasterChef Malta hu programm fejn il-kċina ssir arti u b’Chef Letizia Vella bħala parti mit-tim, l-esperjenza ssir waħda aktar awtentika, sofistikata u mimlija enerġija.
Facebook / Letizia Vella