Caritas Malta fakkret l-ewwel anniversarju mit-telfa tal-għażiż kollega Christian Vella, b'messaġġ mimli tifkira, gratitudni u apprezzament lejn il-ħajja u l-kontribut tiegħu.
Fl-okkażjoni, Caritas Malta ddeskriviet lil Christian bħala persuna li kienet pedament sod għal ħafna minn dawk li kellhom ix-xorti jiltaqgħu jew jaħdmu miegħu. Fost il-kwalitajiet li baqgħu mfakkra kemm kien dejjem pront biex jgħin lill-oħrajn, dejjem lest joħroġ għonqu għal min ikun fil-bżonn, iċempel biex jara kif jista' jagħti daqqa t'id u jiggwida lil min ikollu bżonn l-appoġġ.
Christian ġie mfakkar ukoll bħala persuna b'qalb kbira, mimlija mħabba u ġenerożità, li kienet issib il-ferħ tagħha meta tara lil ħaddieħor kuntent u miexi 'l quddiem. Caritas Malta temmet il-messaġġ tagħha billi żammet lil Christian fit-talb tagħha, filwaqt li bagħtet ħsibijietha u t-talb lill-familja u l-qraba tiegħu f'dan il-jum ta' tifkira.
Facebook / Caritas Malta