Yanika Curmi ċċelebrat għeluq is-16-il sena ta' bintha Kaya b'messaġġ mimli mħabba u emozzjoni, fejn fetħet qalbha dwar il-vjaġġ tal-maternità u r-rabta speċjali li għandhom bejniethom.
Fil-messaġġ tagħha, Yanika stqarret li saret omm qabel ma ħasset li kienet lesta għal din ir-responsabbiltà. Madankollu, qalet li mill-mument li żammet lil Kaya f'idejha, fehmet li qalbha kienet sabet il-post li tassew kienet tappartjeni fih.
Hija saħqet li bintha mhux biss bidlitilha ħajjitha, iżda tatha tifsira ġdida. Żiedet tgħid li kieku kellha terġa' tgħix kull jum diffiċli, kull demgħa u kull sagrifiċċju biex terġa' jkollha lil Kaya, kienet tagħmlu elf darba.
Yanika temmet il-messaġġ tagħha billi awgurat għeluq sninha t-tajjeb lil bintha, u ddeskrivietha bħala l-isbaħ barka li waslet meta l-inqas kienet tistennieha. "Inti dejjem se tibqa' l-akbar rigal tiegħi," kitbet, filwaqt li esprimiet l-imħabba kbira li għandha lejha.
Ara l-filmat li tellgħat ommha HAWN.
Facebook / Yanica Curmi