“Il-Famużi ‘Voice Messages’: Komdi Għal Min Jibgħathom Għax Jeħles Malajr, Imma Irritanti Għal Min Jirċivihom” – Clifford Galea

Clifford Galea

Il-kumment ta' Clifford Galea dwar il-voice messages fetaħ diskussjoni li ħafna jistgħu jirrelataw magħha. F'dinja fejn il-komunikazzjoni saret immedjata, il-messaġġi bil-vuċi saru għodda popolari. Iżda dak li hu komdu għal min jibgħathom mhux dejjem ikun daqshekk prattiku għal min jirċevihom.

Meta wieħed jirrekordja voice message, ħafna drabi jagħmel dan għax ikun aktar faċli milli jikteb. Il-kliem joħroġ b'mod naturali, mingħajr ma wieħed joqgħod jaħseb fuq l-ortografija jew il-punteġġjatura.

Min-naħa l-oħra, min jirċievi l-messaġġ irid isib il-ħin u l-post adattat biex jisimgħu. Mhux dejjem ikun possibbli li tisma' voice message fuq ix-xogħol, fuq trasport pubbliku jew f'post fejn hemm nies oħra.

"Il-famużi voice messages: komdi għal min jibgħathom għax jeħles malajr imma irritanti għal min jirċeviehom għax tispiċċa qisek qed tisma’ rumanz. U bit-tqaħqieħa, bil-bonġu lil min għadda ħdejk waqt li qed tirrekordja b’kollox," jikteb Clifford.

Il-bilanċ, għalhekk, jibqa' l-aħjar soluzzjoni. Messaġġ bil-vuċi qasir u meta jkun verament meħtieġ jista' jkun utli ħafna.

Clifford ikompli, "Wieħed mod, kultant mod, imma kontinwi, jgħajjuk." Int idejquk xejn dawn l-imberkin voice messages?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI