Din is-sena il-Malta Jazz Festival ser jittella’ parzjalment virtwali. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, dan il-festival ser jieħu forma differenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena.
Għalkemm il-maġġoranza tal-ispettaklu live li ġie mħabbar qabel sfortunatament mhux se jseħħ, il-festival se jkollu programm rikk biex jimmarka t-30 anniversarju tiegħu.
Dan jinkludi; masterclasses kemm virtwali u live, stazzjon li fih xandiriet rari ta’ kunċerti mill-arkivji ta’ Festivals Malta u esebizzjoni virtwali ta’ fotografija. Apparti minn hekk ser ikun hemm element ta’ kunċerti live permezz tas-‘City Jazz Series’ li tinkludi kemm artisti lokali kif ukoll internazzjonali.
30 Sena ta’ Jazz Bħala parti mit-30 Edizzjoni tal-MJF, artisti lokali u internazzjonali preċedenti li ħadu sehem fil-festival matul is-snin, ingħaqdu biex joħolqu għadd ta’ filmati dwar l-esperjenzi u l-memorji tagħhom tul l-MJF. Dawn il-filmati tistgħu tarawhom fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Jazz Festival billi tidħlu HAWN.
MJF Channel
Il-MJF Channel se jkollu filmati rari mill-arkivji minn edizzjonijiet passati tal-festival, b’xi filmati li jmorru lura għall-bidu tas-snin 90.
Il-Mużika ta’ Charles ‘City’ Gatt
.
City Gatt – Ritratt: Pierre Stafrace
Din is-sena ser niċċelebraw l-ewwel direttur artistiku tal-Jazz Festival, -raġel sinonimu mal-mużika Jazz f’Malta – Charles ‘City’ Gatt. Ser jinġibdu tlett filmati li jixħtu d-dawl fuq il-karriera mużikali ta’ dan il-leġġenda lokali, kif ukoll il-kontribut tiegħu lejn il-Malta Jazz Festival magħtul is-snin. Dawn il-filmati ser jittellaw fuq il-paġna ta’ facebook tal-MJF u fuq il-website, fil-ġimgħa tal-festival.
Notes From The Habour

Amministrata minn Joe Smith, il-wirja msejħa ‘Notes from the Harbour’, se tinkludi xogħlijiet minn ħames fotografi u żewġ artisti, flimkien ma ‘memorabilja u filmati mill-festival.
L-esebizzjoni ġiet speċifikament maħluqa għal din l-edizzjoni speċjali, u se tkun qed teħodna fi vjaġġ tul l-istorja twila tal-Festival tal-Jazz matul is-snin. Il-wirja se ssir parzjalment fil-Phoenicia Hotel u fl-interita’ tagħha onlajn permezz ta’ spazju virtwali fuq www.festivals.mt/mjf.
Masterclasses
Il-masterclasses annwali se jinqasmu f’żewġ gruppi din is-sena: verżjoni online u oħra live. Dawk interessati jistgħu japplikaw fuq www.festivals.mt/mjf-masterclasses.
Il-postijiet jidher li huma limitati, allura nħeġġukom tirreġistraw kemm jista jkun malajr ħalli ma titilfux din l-okkażjoni unika li titgħallmu minn leġġendi tal-Jazz bħal Jonathan Kreisberg, David Prez, Kostas Anastasiadis, Jeff Ballard, Vincent Bourgeyx u Hetty Kate.
The City Jazz Series
Din is-serje ta’ kunċerti live fil-Belt Valletta se tikkonsisti f’midday u evening concerts matul il-ġimgħa tal-festival, b’wirjiet minn artisti kemm lokali kif ukoll barranin, inklużi t-Trio William Smith, PlaKard, Vincent Bourgeyx, Jeff Ballard, Dominic Galea, Hatty Kate u ħafna iktar!
Il-programm jinkludi:
- William Smith Trio Midday Concert – It-Tnejn 13 ta’ Lulju fin-12:30 ġo Vjal il-Ħelsien- Valletta
- Swing Nuages Midday Concert – It-Tlieta 14 ta’ Lulju fin-12:30 ġo Vjal il-Ħelsien- Valletta
- Anthony Saliba Quartet Midday Concert – L-Erbgħa 15 ta’ Lulju fin-12:30 ġo Vjal il-Ħelsien- Valletta
- PlaKard Midday Concert – Il-Ħamis 16 ta’ Lulju fin-12:30 ġo Vjal il-Ħelsien- Valletta
- Hetty Kate (Kunċert Live) – Il-Ħamis 16 ta’ Lulju fit-20:45 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament) – Valletta
- Vincent Bourgeyx “Cosmic Dream” feat. Jeff Ballard (Kunċert Live) – Il-Ħamis 16 ta’ Lulju fl-21:45 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament) – Valletta
- Carlo Muscat Quintet Midday Concert – Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju fin-12:30 ġo Vjal il-Ħelsien- Valletta
- Dominic Galea Jazztet (Kunċert Live) – Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju fin-20:30 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament) – Valletta
- Hugo Lippi Quartet (Kunċert Live) – Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju – fid-21:30 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament) – Valletta
- Joseph Bibi Camilleri Quartet Midday Concert – Is-Sibt 18 ta’ Lulju fin-12.30 ġo Vjal il-Ħelsien – Valletta
- Salvatore Bonafede / Alessandro Presti Quintet (Kunċert Live) b’kollaborazzjoni mal-Istituto Italiano di Cultura – Is-Sibt 18 ta’ Lulju fid-20:30 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament) – Valletta
- Oliver Degabriele trio feat. Alison Galea (Kunċert Live) – Is-Sibt 18 ta’ Lulju fin-21:30 ġo Vjal il-Ħelsien (Taraġ tal-Parlament)- Valletta
The Hybrid Festival
L-MJF ser jagħmel parti mill-Hybrid Festival b’wirjiet ta’ mużika jazz minn artisti lokali, li ser jtellaw spettaklu f’diversi lokalitajiet magħżula f’Malta. Ibqgħu attenti fuq il-Paġna ta’ Facebook ta’ Festivals Malta għal aktar informazzjoni aktar ‘il quddiem.

L-MJF se jibda uffiċjalment nhar it-Tnejn li ġej 13 ta’ Lulju b’konferenza stampa uffiċjali minn Festivals Malta fil-Phoenicia Hotel fil-Belt Valletta. Il-festival se jintemm is-Sibt 18 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm żur is-sit ta’ Festivals Malta billi tagħfas HAWN.
Il-Malta Jazz Festival huwa organizzat minn Festivals Malta bl-appoġġ ta’ Kinnie, Mapfre MSV Life, Eden Leisure Group, Hertz Malta, The Phoenicia Hotel, Istituto Italiano di Cultura u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.