F’wieħed mill-akbar kampjonati fid-dinja tat-tennis, din is-sena hemm tilgħab Maltija. Helene Pellicano qed tilgħab fis-sezzjoni juniors. Helene li għad għandha 17-il sena hi bbażata barra minn xtutna u din is-sena diġà lagħbet il-kampjonat tal-Awstralja u dak ta’ Franza magħruf bħala Roland Garros.
Ġewwa Wimbledon, li hu magħruf għall-istorja tiegħu u wkoll għall-membri tal-familja rjali li jmorru jsegwu l-logħob, Pellicano hija waħda mill-aqwa sittax f’dan il-kampjonat, infatti ħa tkun qed tilgħab bħala l-ħmistax il-seed. Helene Pellicano għandha r-rekord tal-aqwa ranking mondjali ta’ tennista Maltija li hu 710.
View this post on Instagram
Ċertament li l-futur ta’ dil-Maltija hu wieħed sabiħ u fil-futur hemm ċans tajjeb li narawha tikkompeti kontra l-aqwa ismijiet tad-dinja. Diġà qed tagħmel dan fis-sezzjoni taż-żgħar, il-pass li jmiss hu t-transazzjoni minn maż-żgħar għal mal-kbar. Mhux transazzjoni faċli, imma l-Maltija ċertament determinata u miexja fit-triq it-tajba!
Fost il-favoriti għal kampjonati ta’ din is-sena fil-kampjonat tal-kbar insibu lil Novak Djokovic, Roger Feder u Rafel Nadal fis-sezzjoni tal-irġiel, u Serena Williams, Ashley Barty u Petra Kvitova fis-sezzjoni tan-nisa. Helene Pellicano, ħa tkun qed tilgħab, tikkompeti u titrenja fl-istess post! Min jaf taħbatx ma xi ħadd minnhom?
View this post on Instagram
F'isem Gwida.mt nieħdu l-opportunità nawguraw lil Maltija kull suċċess, kellha bżonn din l-avventura tibqa' sejra sal-aħħar.