Il-Mara Li Baqgħet Dieħla Fil-Karozza Ma Kellhiex Liċenzja! Titkellem Waħda Min-Nisa Li Kienet Fuq Il-Post

F’intervista li ġiet ippublikata fuq is-sit Lovin Malta, tkellmet waħda min-nisa li kienet fuq il-post tal-inċident li seħħ ilbieraħ. Dan l-inċident ġiet ippublikat b’filmat fuq Buzzulotti – Malta. Danika Aquilina tkellmet ma’ dan is-sit fejn staqrret eżatt kif ġraw l-affarijiet. Hi tgħid li l-mara li ħabbtet bil-karozza fihom kienet barranija, bla liċenzja u bla insurance.

“Aħna m’aħniex familja aggressiva, imma din bdiet kollox u dehret li riedet tiġġieled, saħansitra refgħet idejha fuq oħti waqt li tgħaddieha biż-żmien minħabba l-figura tagħha”. Din il-mara qalet li semgħet il-barranija tgħid u tgħajjat, “Intom il-Maltin kollkom drama!”. Fl-intervista rringrazzjat lil pulizija li kien preżenti tal-għajnuna li offra, “wara li spiċċa kollox, oħti tat lill-pulizija ftit sanitizer għax bdiet tibza’ minħabba l-Covid-19. Grazzi l’Alla li kien hemm hu onestament għax vera għena”.

L-inċident seħħ ilbieraħ fil-Għargħur. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI