Il-Mara Tal-President Franċiż Emmanuel Macron Brigitte Se Tipprova Li Hi Mara Fil-Qorti Amerikana

Il-President Franċiż Emmanuel Macron u martu, Brigitte, qed iħejju biex jippreżentaw evidenza xjentifika u fotografika f’qorti fl-Istati Uniti, biex iwieġbu għall-akkużi li qed jiġu promossi mill-influencer tal-lemin estrem, Candace Owens. Owens qed tinsisti, bla provi kredibbli, li Brigitte Macron twieldet raġel, allegazzjoni li l-avukati tal-koppja jiddeskrivu bħala “offensiva” u “totalment falza.”

L-avukat tagħhom, Tom Clare, qal fil-podcast tal-BBC Fame Under Fire li l-koppja se tippreżenta xhieda ta’ esperti u dokumenti uffiċjali biex juru li dawn ix-xnigħat huma kompletament infondati.

Il-kawża fl-Istati Uniti daħlet f’Lulju kontra Owens, li għal diversi xhur kompliet tippromovi dawn il-konspirazzjonijiet fuq il-midja soċjali, saħansitra tgħid li kienet lesta “tpoġġi r-reputazzjoni professjonali kollha tagħha” fuq dawn il-pretensjonijiet.

Mhux l-ewwel darba li l-Macron ikollhom jiddefendu ruħhom minn dawn ix-xnigħat. Fl-2021, huma kienu rebħu kawża ta’ libell fi Franza kontra żewġ bloggers li bdew ix-xniegħa. Madankollu, f’Jannar 2025 dik id-deċiżjoni ġiet imħassra fuq appell fuq il-bażi tal-libertà tal-espressjoni. Il-koppja bħalissa qed tappella wkoll dik id-deċiżjoni.

Min-naħa tagħha, Owens qed tinsisti li l-kawża Amerikana m’għandhiex issir f’Delaware u qed titlob li tiġi miċħuda, billi skontha tippreżentalha “diffikultà kbira” u hija sempliċement eżerċizzju tal-libertà tal-kelma.

Emmanuel Macron diġà qal b’mod ċar li għalih il-kawża hi dwar id-difiża tal-unur ta’ martu. Huwa sejjaħ dawn l-akkużi bħala “ħaġa assurda” u mmotivata politikament.

Taħsbu li l-Macrons għandhom raġun li jmorru l-qorti biex jiddefendu isimhom, jew hu aħjar li jħallu dawn ix-xnigħat jieqfu waħedhom?

Facebook / Fanie Jason

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI