Il-Miżuri U R-Restrizzjonijiet Preżenti Mhumiex Biżżejjed. It-Tobba Jitolbu Aktar. Taqbel?

Is-sit Independent irrapporta li “L-MAPHM llum appellat għal żieda immedjata f’miżuri restrittivi biex titrażżan ir-rata għolja attwali ta’ infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19.”

MAPHM tisħaq li s-sitwazzjonijiet ta’ kmamar u sodod ġewwa l-isptarijiet speċjalment fl-ITU hija kritika hekk kif kważi ntlew kollha. Għalkemm mhumiex jitolbu lockdown speċifikament, iħossu li l-miżuri u r-restrizzjonijiet iridu jiżdiedu.

“Ħadd minna ma jrid jirrestrinġi l-attivitajiet bl-intenzjoni li jweġġa’ lill-familji u n-negozji tagħna, imma sfortunatament din hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha. Jekk ma nagħmlux sagrifiċċji issa, ser nispiċċaw insofru aktar.” ikomplu l-MAPHM. 

Segwi aktar HAWN – għidilna x’taħseb dwar dan fil-kummenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI