Il-Kunsill Lokali ta’ Sliema se jorganizza ċ-ċerimonja ta’ Ġieħ tas-Sliema 2026 - Tas-Sliema, Wirt u Niesha - inizjattiva li tirrikonoxxi lil dawk li tul ħajjithom taw kontribut siewi lill-komunità u ħallew marka fil-lokalità.
Fost l-ismijiet li jispikkaw hemm il-mibkija Mary Rose Bonello, magħrufa minn ħafna bħala n-Nanna Katrin, in-Nanna tal-Maltin, li permezz tal-personalità u l-kontribut tagħha baqgħet magħrufa u għal qalb ħafna nies.
Din iċ-ċerimonja hija opportunità biex jiġu mfakkra u apprezzati dawk li taw il-ħin, it-talent u l-enerġija tagħhom biex jagħmlu lil Sliema post aħjar. Iċ-ċerimonja se ssir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2026, fis-19:00, fit-Teatru Salesjan f’Sliema.
Bħas-snin ta' qabel, ir-residenti kellhom l-opportunità jinnominaw lil dawk li, fil-fehma tagħhom, jistħoqqilhom dan ir-rikonoxximent speċjali.
Ismijiet oħra li hemm huma dawn:
- Fr Charles Tabone O.P
- Mr. Charles Saliba
- Mrs. Anna Maria Baldacchino
- Mrs. Josette Camilleri
Kemm hu sabiħ li jingħata dan ir-rikonoxximent għal nies li għamlu differenza bis-sehem tagħhom.
Facebook/ Frida Cauchi